Fil-qalba tal-Etjopja, fuq ix-xatt tal-Lag Hawassa, is-Sorijiet Missjunarji Franġiskani ta’ Marija qed jgħinu sabiex jegħlbu l-malnutrizzjoni mifruxa fil-komunitajiet ħalli joħolqu familji b’saħħithom permezz taċ-Ċentru tas-Saħħa Bushulo u bis-saħħa ta’ proġett innovattiv tal-komunità sostenibbli fil-biedja.

Matul ix-xahar ta’ Marzu tista’ taqra dwar din ir-realtà u realtajiet oħra fil-missjoni fil-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta.
F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’wieħed mill-artikli naqraw Pauline Jaricot, tfajla Franċiża li 200 sena ilu waqqfet is‑Soċjetà tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi (1822), li hawn Malta hija magħrufa bħala Missio Malta. Artiklu ieħor ilaqqana ma’ Dun Susai Alangaram li f’ittra juri kif l‑għajnuna, li b’tant imħabba aħna lkoll qed nagħtu lil xi saċerdoti, qed isservi mhux biss biex timla l‑istonku ta’ min hu bil‑ġuħ, imma aktar minn hekk qed isservi sabiex tibni bnedmin ġodda li jibdew jaħsbu fl‑oħrajn.
Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.