Bejn it-Tnejn, 4 ta’ April (il-ġimgħa tad-Duluri) u it-Tlieta 12 ta’ April ta’ din is-sena, 2022, ser jkollna fosta ir-Relikwa tal-Madonna tad-Dmugħ ta’ Sirakuża.
Din ser issir fuq inizzjativa tal-Fratellanza tal-Madonna taċ-Cintura tal-parroċċa taż-Żejtun flimkien mal-parroċċa ddedikata lill-Marija Bambina fix-Xagħra, Għawdex. Il-relikwa ser tasal fostna it-Tnejn 4 ta’ April u titlaq minn Għawdex it-Tlieta ta’ 12 April. (Aktar dettalji jinsabu kemm fil-facebook pages kif ukoll websites ta’ dawn il-parroċċi).
F’din iż-żjara, apparti li ser jżur il-parroċċi imsemmija hawn fuq (u xi żoni tagħhom), il-Relikwarju ser izzur id-Dar tal-Providenza s-Siggiewi; id-Dar tal-Kleru; Residenzi tal-Fondazzjoni Nazareth, iż-Żejtun; Residenza ta’ San Vincenz de Paule; Radju Marija, ir-Rabat; l-Isptar Mater Dei u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex. F’ħafna minn dawn il-postijiet ser jiġi offrut is-sagrament tal-qrar kif wkoll tiġi kkonċelebrata l-quddiesa.
Mit-Tabib Andrew Baldacchino