Il-Kardinal Grech: Il-preżenza ta’ Pietru fil-gżira ta’ Pawlu tikkonferma l-fidi

Print Friendly, PDF & Email

Iż-żjara mminenti tal-Papa Franġisku fil-gżira Mediterranja ta’ Malta, wara li ġiet posposta f’Mejju 2020 minħabba l-pandemija tal-koronavirus, hija mistennija li ssir fi tmiem il-ġimgħa.

Il-Kardinal Mario Grech, is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, li huwa Malti u kien l-Isqof tal-gżira Għawdxija mill-2005 sal-2019, se jkun parti mill-grupp tal-Papa li ser ikunu qed jakkumpanjawh għal dan il-Vjaġġ Appostoliku. Radju Vatikan poġġa bilqiegħda mal-Kardinal biex jitkellem dwar l-aspettattivi tiegħu għal din iż-Żjara Appostolika.

L-Vjaġġ Appostoliku tat-2 u 3 t’April 2022, lejn l-Arċipelagu, jimmarka s-36 vjaġġ tal-Papa barra mill-Italja. Mill-inqas 90 fil-mija tal-popolazzjoni Maltija, skont stħarriġ tal-2018, stqarret li hi Kattolika.

It-tema tal-Vjaġġ hija “Ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa li ma bħalha” (Atti 28:2); u tenfasizza l-qagħda tal-immigranti li jaqsmu l-Mediterran lejn l-Ewropa, kif ukoll tippromwovi l-evanġelizzazzjoni fil-pajjiż. It-tema tfakkar ukoll fl-ospitalità qawwija li San Pawl irċieva fis-sena 60 W.K.; meta l-ġifen li kien fuqu kien nawfragat u spiċċa fuq ix-xtut ta’ Malta. Waqt li jkun Malta, il-Qdusija Tiegħu se jżur il-Belt Valletta, r-Rabat, il-Furjana u l-gżira Għawdxija.

Għal intervista sħiħa li saret mal-Kardinal Grech u għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-03/cardinal-grech-interview-malta-pope-francis.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading