Mjanmar: Raħal storiku Kristjan jisppiċċa mill-ġdid maħruq

Print Friendly, PDF & Email

Fil-Mjanmar, bħala f’postijiet oħra fl-Asja, il-Kristjaneżmu ġeneralment jitqies bħala fidi barranija. Il-Kristjani jiffurmaw madwar 8.2% tal-popolazzjoni tal-Mjanmar.

Raħal Kattoliku u storiku fil-qalba ta’ Bamar tal-pajjiż, spiċċa fil-mira tal-militar tal-Mjanmar, filwaqt li kompla għaddej b’serje ta’ attakki fuq bini reliġjuż fir-reġjuni l-aktar Kristjani. Fl-20 ta’ Mejju, skont sorsi lokali, mill-inqas 320 minn 350 dar, ġew stmati li nħarqu waqt rejd militari fir-raħal ta’ Chaung Yoe, fir-reġjun ta’ Sagaing.

Eluf ta’ raħħala Kattoliċi kienu sfurzati jaħarbu minn djarhom lejn żoni aktar siguri fil-qrib, hekk kif it-truppi tal-ġunta taw in-nar dar wara l-oħra. Fl-istess jum, djar fit-tliet irħula Buddisti fil-qrib inħarqu ukoll waqt dan ir-rejd militari.

Sorsi qalu li l-Knisja, l-kunvent u d-dar tas-saċerdot tal-parroċċa Marija Għajnuna tal-Insara ma ġarbux ħsarat. L-attakk seħħ erbat ijiem biss qabel iċ-ċelebrazzjoni annwali ta’ Marija Għajnuna tal-Insara, li tiġi ċċelebrata fl-24 ta’ Mejju.

“M’għandna l-ebda djar u l-ebda proprjetà. Fejn se noqgħodu meta nerġgħu lura jekk is-sitwazzjoni titqies sigura?” “Hu ta’ niket kbir. Bkejt meta rajt duħħan ħiereġ mir-raħal tiegħi, kif kif dari nħarqet ukoll”, hekk qalet mara Kattolika li fittxet is-sigurtà fost qrabatha f’belt fil-qrib.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://christianpersecution.com/myanmar/myanmar-historic-christian-village-under-fire-again/

%d bloggers like this: