Il-Papa jappella għal sforzi flimkien fil-ħarsien tal-ħolqien waqt il-Ġimgħa ‘Laudato Sí’

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-Kattoliċi biex jaħdmu flimkien biex jieħdu ħsieb il-ħolqien. Nhar il-Ħadd, Wara t-talba tar-‘Regina Coeli’, mal-fidili fi Pjazza San Pietru, l-Papa stieden lil kulħadd biex nieħdu sehem fil-“Ġimgħa ‘Laudato Sí’”, li qed issir bejn it-22 u d-29 ta’ Mejju. Din hija avveniment annwali li qed jimmarka l-anniversarju tal-enċiklika tal-Papa Franġisku “Laudato Sí: il-ħarsien tad-Dar komuni tagħna”.

Din il-ġimgħa speċjali hija opportunità “biex nisimgħu dejjem aktar b’attenzjoni għall-għajta tad-dinja, li tħeġġeġ biex naġixxu flimkien biex nieħdu ħsieb id-dar komuni tagħna”, qal. Huwa rringrazzja lill-uffiċċju tal-Vatikan li jippromwovi l-inizjattiva, lid-Dikasteru għall-Promozzjoni tal-iżvilupp Integrali tal-Bniedem, u organizzazzjonijiet oħra li qed jieħdu sehem.

L-avvenimenti gloali, reġjonali u lokali jinkludu ċ-ċelebrazzjoni tal-progress li sar biex tingħata l-ħajja lil ‘Laudato Sí’, u l-promozzjoni ta’ aktar sforzi permezz tal-Pjattaforma ta’ Azzjoni ‘Laudato Sí’, promossa mid-Dikasteru fuq laudatosiactionplatform.org. Il-pjattaforma hija maħsuba biex tispira, tikkoordina u tiggwida istituzzjonijiet Kattoliċi, komunitajiet u familji biex jimplimentaw bis-sħiħ din l-enċiklika.

L-avvenimenti jistgħu jinstabu fuq LaudatoSiWeek.org. Suġġetti li qed jiġu esplorati jinkludu: Kif il-Kattoliċi jistgħu jiġġieldu l-kollass tal-bijodiversità; lir-rwol tal-fjuwils fossili fil-kunflitti u l-kriżi tal-klima; u kif in-nies jistgħu jħaddnu lill-foqra fil-ħajja ta’ kuljum.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://cruxnow.com/vatican/2022/05/pope-calls-for-united-efforts-in-care-for-creation-during-laudato-si-week

%d bloggers like this: