Raġġ ta’ tama

Print Friendly, PDF & Email

F’din il-paġna tista’ taqra artiklu dwar għafsa ta’ qalb f’min iħobb tassew il-Knisja, in-nuqqas ta’ vokazzjonijiet li qed iwasslu biex jingħalqu knejjes, kunventi u residenzi oħra tal-Knisja. Imma dan l-artiklu joffri t-tama.

Kien hemm il-biża’ li tingħalaq l-Abazija tat-Trappisti ta’ Notre Dame de la Neige (Sidtna Marija tas-Silġ) minħabba li fadal biss ftit patrijiet wara li fl-2021 mietu tnax-il patriiet anzjani.

It-Trappisti kienu ħabbru li se jagħlqu l-Abazija, wara 172 sena ta’ ħajja ta’ talb. Il-komunità ta’ sorijiet tal-Abazija ta’ Sainte-Marie de Boulaur offrew li jieħdu ħsieb din l-Abazija biex b’hekk baqgħet miftuħa. Li ma sarx hekk, kienet tkun ħasra, għax din l-Abazija hi famuża; fost oħrajn laqgħet fiha lill-kittieb Skoċċiż Robert Louis Stevenson, lill-istatista Franċiż il-Venerabbli Robert Schuman u lil San Charles de Foucauld li ġie kanonizzat f’Mejju ta’ din is-sena.

Minn Joe Galea

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading