“Ħaddiem umli fl-għalqa tad-dwieli tal-Mulej”
Il-Papa Emeritu Benedittu XVI reġa’ lura fid-Dar tal-Missier. L-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede ħabret li l-Papa Emeritu mite fid-9.34 ta’ filgħodu tas-Sibt 31 ta’ Diċembru fir-residenza tiegħu fil-Monasteru Mater Ecclesiae, li l-Papa emeritu ta’ 95 sena kien għażel bħala r-residenza tiegħu wara li rriżenja mill-ministeru Petrin fl-2013.
“B’sogħba ninfurmakom li l-Papa Emeritu, Benedittu XVI, miet illum fid-9.34am fil-Monasteru Mater Ecclesiae fil-Vatican. Aktar informazzjoni tingħata kemm jista’ jkun malajr. Mit-Tnejn filgħodu, 2 ta’ Jannar 2023, il-ġisem tal-Papa Emeritus se tkun fil-Bażilika ta’ San Pietru sabiex il-fidili jkunu jistgħu jagħtuh l-aħħar tislima”.
Diġa’ għal diversi jiem, il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-Papa Emeritu kienu marru għall-agħar minħabba l-età avvanzata, hekk kif l-Uffiċċju Stampa kien irrapporta fl-aġġornamenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni li qed tevolvi. L-Papa Franġisku nnifsu fit-tmiem l-aħħar Udjenza Ġenerali, kien qasam pubblikament l-aħbar dwar is-saħħa tal-Papa Benedittu li kienet sejra għall-agħar. Il-Papa kien stieden lin-nies biex jitolbu għall-Papa Emeritu, li kien “marad ħafna”, biex il-Mulej jikkonslah u jsostnih “f’din ix-xhieda ta’ mħabba lejn il-Knisja sal-aħħar”.
Wara din l-istedina, ħarġu u mmultiplikaw inizjattivi ta’ talb fil-kontinenti kollha, flimkien ma’ tixrid ta’ messaġġi ta’ solidarjetà u qrubija minn mexxejja sekulari.
Fis-sigħat li ġejjin, l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede se jikkomunika dettalji għar-rit tal-funeral.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2022-12/pope-emeritus-benedict-xvi-dies-aged-95.html
Ara wkoll id-diskors li l-Papa Benedittu XVI kien għamel f’Malat f’April 2010 …