In-Niġerja: Inqatel saċerdot Kattoliku u ieħor ferut wara attakk minn briganti

Print Friendly, PDF & Email

Fin-Niġerja, seħħet traġedja oħra, b’żewġ qassisin Kattoliċi vittmi ta’ vjolenza bla sens, li wieħed minnhom jispiċċa jitlef ħajtu. Kmieni l-Ħadd filgħodu, qabel is-sebħ, fl-Istat tan-Niġer tan-Niġerja, grupp ta’ briganti attakkaw ir-residenza parrokkjali tal-Knisja Kattolika ta’ San Pietru u San Pawl, f’Kafin-Koro, ir-reġjun ta’ Paikoro. L-attakk wassal għall-mewt ta’ Patri Isaac Achi, li kien qed iservi bħala kappillan.

Mal-wasla tal-forzi tas-sigurtà, l-briganti ħarbu minn fuq il-post tal-inċident, u taw in-nar lid-dar li minnha Patri Achi ma setax jaħrab. L-aggressuri mhux magħrufa sparaw u darbu ukoll lil Patri Collins Omeh, li għadu l-isptar, imma li qed jirrispondi għall-kura.

Aktar tard matul il-ġurnata, d-Djoċesi Kattolika ta’ Minna ħarġet stqarrija, fejn appellat għat-talb għad-Djoċesi u għall-irkupru ta’ malajr ta’ Patri Collins Omeh.

Waqt li kkonferma l-attakk vjolenti u traġiku li seħħ għall-ħabta tat-3am, l-Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Pulizija tal-Istat, Wasiu Abiodun, qal li “l-briganti ppruvaw jidħlu fir-residenza, iżda fallew, u taw in-nar lid-dar, filwaqt li l-Kappillan spiċċa miet maħruq”. Timijiet speċjali tal-pulizija minn Kafin-Koro “ntbagħtu immedjatament fuq il-post, iżda l-awturi ħarbu qabel ma waslu”.

Il-ġisem bla ħajja ta’ Patri Achi ġie miġbur, “filwaqt li Patri Collins ittieħed għall-kura”. Il-Kummissarju tal-Pulizija, Kmand tal-Istat, Ogundele Ayodeji, bagħat tim ta’ rinfurzar fiż-żona “u li għadhom għaddejjin sforzi biex jinqabdu l-aggressuri, filwaqt li bdew l-investigazzjonijiet dwar l-attakk traġiku”.  

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2023-01/niger-state-catholic-priest-burnt-alive-bandits.html

%d bloggers like this: