Il-Papa jħabbar il-Velja ta’ Talb Ekumeniku għas-Sinodu.

Print Friendly, PDF & Email

Waqt li kien qed jindirizza lill-fidili miġbura fi Pjazza San Pietru għall-Angelus tal-Ħadd, il-Papa Franġisku ħares ‘il quddiem lejn il-Ġimgħa tradizzjonali ta’ Talb għall-Għaqda tal-Insara, li ssir kull sena mit-18 sal-25 ta’ Jannar.

It-tema ta’ din is-sena, hija meħuda mill-profeta Isaija: “Agħmel il-ġid, fittex il-ġustizzja” (Is 1,17). Fid-dawl ta’ dan, il-Papa Franġisku talab li kull wieħed, biex inroddu ħajr lill-Mulej “li b’fedeltà u paċenzja jiggwida lill-poplu Tiegħu lejn komunjoni sħiħa, u ejjew nitolbu lill-Ispirtu s-Santu biex idawwalna u jsostnina bid-doni tiegħu”

Il-Papa Franġisku kompla billi nnota lit-triq għall-għaqda tal-Insara u l-konverżjoni sinodali tal-Knisja huma marbutin. Għal din ir-raġuni, huwa ħabbar li s-Sibt 30 ta’ Settembru, fi Pjazza San Pietru, se ssir Velja ta’ Talb Ekumenika. Fil-Velja, spjega, “se nafdaw f’idejn Alla l-ħidma tas-16-il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet”. Il-Qdusija Tiegħu żied jgħid li għaż-żgħażagħ li se jiġu l-Velja, se jkun hemm programm speċjali tul dak il-weekend, organizzat mill-Komunità Taizé.

“Minn issa”, temm jgħid il-Papa, “nistieden lill-aħwa tad-denominazzjonijiet Insara kollha biex jipparteċipaw f’din il-laqgħa tal-Poplu ta’ Alla.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-01/pope-francis-announces-prayer-vigil-synod-ecumenism-angelus.html

%d bloggers like this: