Il-Kostituzzjoni tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II fuq il-Knisja – Lumen Gentium …
Quddiem l-isem ta’ dokument fuq il-Knisja, Lumen Gentium – Dawl tal-Ġnus jista’ jkun hemm min jaħseb li b’din il-frażi l-isqfijiet konċiljari kienu qed jirreferu għall-Knisja nfisha, madankollu sa mill-ewwel sentenza, huma jagħmluha ċara …
Kristu huwa d-dawl tal-ġnus.
Kienet id-dikjarazzjoni biblika tal-profeta Xmun fit-Tempju ta’ Ġerusalemm li sejjaħlu, “dawl biex idawwal il-ġnus”.
Il-Papa Franġisku qed iħeġġiġna biex inħejju tajjeb għall-Ġublew 2025, Pellegrini ta’ Tama, billi fost l-oħrajn nerġgħu niflu sewwa l-erba’ kostituzzjonijiet tal-Konċilju, fosthom din, il-Lumen Gentium.
Ara dan id-dokumentarju qasir fuq il-Kostituzzjoni tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II fuq il-Knisja.
Tista’ ssib aktar filmati u tagħrif fuq dokumenti oħra fil-Laikos … https://www.laikos.org/vat2_60.htm