Il-Caritas Turkija twieġeb għat-talbiet tal-Papa għas-solidarjetà fiż-żoni milquta mit-terremoti

Print Friendly, PDF & Email

“Issa huwa ż-żmien għall-kompassjoni u għas-solidarjetà. Irridu nwarrbu l-mibegħda, il-gwerer, u l-firdiet li jwasslu għall-qerda personali. Ejjew ningħaqdu fin-niket tagħna biex ngħinu lil dawk li qed ibatu fit-Turkija u s-Sirja. Jalla nibnu l-paċi u l-fraternità fid-dinja tagħna.”

Dan kien il-kliem tal-Papa Franġisku, nhar il-Ħamis fi tweet, biex jingħata appoġġ għall-għexieren ta’ eluf ta’ nies li ħajjithom intilfet jew inqalbet ta’ taħt fuq minn żewġ terremoti katastrofiċi fix-Xlokk tat-Turkija. Din l-espressjoni ta’ qrubija tal-Papa ssegwi diversi oħrajn li għamel permezz ta’ diversi mezzi wara t-terremoti ta’ nhar it-Tnejn.

Il-kliem tiegħu ġie sostnut minn bosta reazzjonijiet umanitarji min-naħa tal-Knisja Kattolika. L-Caritas Anatolia, hija organizzazzjoni umanitarja lokali tal-Knisja, li tinsab fuq quddiem biex tirċievi u tqassam għajnuna, kif ukoll biex tassisti eluf ta’ nies li baqgħu mingħajr saqaf sikur fuq rashom. Fr. Antuan Ilgit, Sj, id-Delegat tal-Vigarju u l-Kanċillier tal-Vigarjat Appostoliku ta’ Anatolia, tkellem ma’ Marco Guerra ta’ Vatican News dwar il-ħidma umanitarja tal-Knisja.

F’kollegament telefoniku mill-belt Torka ta’ Iskanderun, fin-nofsinhar ta’ Turkija, qrib il-fruntiera mas-Sirja, Fr. Ilgit qal li l-Caritas ilha tqassam ikliet sħan lir-residenti lokali mingħajr distinzjoni. “L-Knisja fit-Turkija qed turi unità kbira,” qal. “L-Isqfijiet qed jibgħatu għajnuna li tqassmu lin-nies ta’ kull twemmin. Nista’ nistqarr li l-Knisja Kattolika hija waħda mill-istituzzjonijiet li qed taħdem l-aħjar f’dan il-mument”.

Il-Katidral Kattoliku ta’ Iskanderun inqered kompletament mit-theżżiż vjolenti. Madankollu, l-knisja fetħet il-bibien tagħha biex tilqa’ lin-nies fil-bżonn. “Madwar 100 persuna ta’ kull twemmin jinsabu hawn għall-kenn għax għandna bitħa kbira, fejn qed noffru l-għajnuna,” qal Fr. Ilgit.

Il-Vigarjat Appostoliku tal-Anatolia jkopri madwar nofs il-massa tat-Turkija, li partijiet kbar minnha ġew affettwati mit-terremoti. Bħala Delegat Vigarju, Fr. Ilgit qal li l-Caritas Anatolia qed tfittex li tqassam l-għajnuna umanitarja f’ħafna żoni remoti fejn ebda għajnuna oħra ma waslet.

“Aħna nippruvaw noffru l-assistenza tagħna b’kalma u b’sensibilità”, qal, “għax f’nofs din l-emerġenza tremenda n-nies għandhom it-tendenza li jiġbru għajnuna li hija akbar mill-bżonnijiet tagħhom.” Il-Knisja fix-Xlokk tat-Turkija ngħaqdet ukoll ma’ Nsara oħra f’nofs it-traġedja, fosthom saċerdoti mill-komunità Ortodossa Armena.

“Ftit ġranet ilu, kellna magħhom velja ta’ talb għall-għaqda tal-Knejjes Insara”, nnota Fr. Ilgit. “Aħna magħqudin f’din l-emerġenza. L-Armeni qed jaqsmu magħna l-għajnuna li qed jirċievu mill-patrijarkat tagħhom, u aħna naqsmu magħhom l-għajnuna li waslitilna mill-Vigarju Appostoliku ta’ Istanbul”.  

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2023-02/pope-francis-turkey-syria-solidarity-cathedral-iskanderun.html

%d bloggers like this: