Il-Papa Franġisku u l-Kurja Rumana qed jiddedikaw din l-ewwel ġimgħa tar-Randan għall-Eżerċizzji Spiritwali, ffukati fuq it-talb privat u personali. Ix-xahar li għadda, l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede ħabbar li l-Papa stieden lill-Kardinali kollha residenti Ruma, kapijiet tad-Dikasterji, u Superjuri tal-Kurja Rumana biex jieħdu sehem f’din il-ġimgħa ta’ talb.
Għal din il-ġimgħa, l-impenji tal-Papa Franġisku huma sospiżi, nkluża l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa. L-avveniment pubbliku li jmiss tal-Qdusija Tiegħu se jkun l-Angeus tal-Ħadd.
Il-Qdusija Tiegħu ħeġġeġ lill-ogħla uffiċjali tal-Kurja Rumana biex “jesperjenzaw b’mod personali l-perjodu ta’ Eżerċizzji Spiritwali.” Sabiex jgħinnhom jidħlu fl-ispirtu tal-irtir personali tagħhom, talabhom biex jissospendu “l-attivitajiet tax-xogħol tagħhom u jidħlu fl-ispirtu tat-talb minn wara nofsinhar tal-Ħadd 26 ta’ Frar, sa wara nofsinhar tal-Ġimgħa 3 ta’ Marzu.”
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-02/lenten-spiritual-exercises-underway-private-pope-roman-curia.html