Stedina mill-Papa Franġisku lid-djoċesijiet, parroċċi, għaqdiet u komunitajiet ekkleżjali minn madwar id-dinja biex huma wkoll jiċċelebraw dan il-Jum fl-oqsma pastorali rispettivi tagħhom.
Imfakkar kull sena fir-Raba’ Ħadd ta’ Lulju
Il-Ħadd, 23 ta’ Lulju jkun iċċelebrat it-Tielet Jum Dinji għan-Nanniet u l-Anzjani. It-tema magħżula mill-Papa Franġisku għal din is-sena hija “Il-ħniena tiegħu minn żmien għal żmien” (Lq 1:50), li turi r-rabta mal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, li ser isir ftit jiem wara f’Lisbona (1-6 ta’ Awwissu 2023).

Mill-banda l-oħra, it-tema tal-WYD hija “Marija qamet u marret bil-għaġla” (Lq 1:39) turina, liż-żagħżugħa Marija li titlaq biex tmur issib lil kuġinita anzjana, Eliżabetta, u li b’leħen għoli tħabbar, fil-Magnificat, il-qawwa tar-rabta bejn iż-żgħażagħ u l-anzjani.
Fl-okkażjoni ta’ dan il-Jum Dinji, il-Papa Franġisku ser imexxi ċelebrazzjoni Ewkaristika fil-Bażilika ta’ San Pietru u jistieden parroċċi, djoċesijiet, għaqdiet u komunitajiet ekkleżjali minn madwar id-dinja biex jiċċelebraw il-Jum fl-oqsma pastorali tagħhom ukoll.
Ara l-messaġġi tal-Papa Franġisku ghal Jum Dinji tal-Nannit u l-Anzjani 2021 u 2022 …