Minn Daniel Borg
Illum fis-solennita ta’ San Pietru u San Pawl, il-Papa fl-Angelus jagħmel riflessjoni sabiħa fuq San Pietru. Papa Franġisku jagħżel dan il-vers mill-qari tal-lum: “Inti Pietru, u fuq din il-ġebla jiena nibni l-Knisja tiegħi” (Mt 16, 18).
Papa Franġisku jgħid li Pietru huwa blata/ġebla fi tlett modi differenti: (1) huwa blata għax f’ ħafna mumenti huwa sod/qawwi u ġeneruż bħal meta jintefa fil baħar x’ħin jilmaħ lil Ġesu rxoxt li jidher fuq ix-xatt; (2) huwa ġebla li tagħti kuraġġ u appoġġ lill-oħrajn bħal meta jimxi wara Ġesu u jħeġġeġ lil sħabu x’ħin il-Knisja kienet għadha fil-bidu tagħha; (3) imma wkoll ‘ġebla żgħira’ li ma jifhimx dak li Ġesu jrid minnu, jiċħad lil Ġesu tlett darbiet u ma joqgħodx taħt is-salib. F’Pietru hemm dan kollu, jgħid iva lil Ġesu b’ġenerożita kbira, imma bl-imperfezzjoni tiegħu kollha! Pietru huwa bniedem bħalna. Pietru u Pawlu kienu persuni ta’ vera fid-dgħufija kollha tagħhom. Illum, iktar minn qatt qabel għandna bżonn ta’ persuni bħal dawn!
(Papa Franġisku 29/06/23)
Tista’ tara l-post fuq facebook hawnhekk: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0k6ZhHfWoTQM7NmcLq3TaayqXvo2t3mtMW8AmdU39V9kkSL2UaK5FFbiGYfx8zrMl