Midneb iva, korrott le!

Il-Vanġelu tal-lum jitkellem minn żewġ ulied li l-missier jitlobhom imorru jaħdmu fl-għalqa tiegħu (Mt 21, 28-32).  Wieħed jgħidlu iva u ma jmurx, u l-ieħor jgħidlu le u jmur.

Il-Papa fl-Angelus juża kliem iebes għall-ewwel wieħed. Hu jgħid li huwa ipokrita u korrott. Hu ma hux sinċier ma’ missieru. Jgħidlu iva biex jogħġbu imma mbagħad ma jmurx.

It-tieni wieħed ma hux perfett imma sinċier. Huwa juri lil-missier li ma jridx imur l-għalqa. Madanakollu ftit wara minħabba din l-istess sinċerita  jinduna li żbalja u jdur lura fuq il-passi tiegħu. Il-Papa jgħid li huwa iktar faċli għall-midneb li jindem, milli l-korrott. Il-Papa jsejħilna biex ngħidu iva anke jekk dan jiswielna. Imma meta ngħidu le nkunu kapaċi nduru fuq il-passi tagħna. Din hi l-indiema?

Trid tara l-post fuq Facebook hawn: https://m.facebook.com/story.php?story_fbid=pfbid02ffRPfe9wLuDCxKEf76SAWnB5BUWwfhaCGrnh5CNXyqphTZPezu7FcTGQN5eKZuQwl&id=100000033630966

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading