F’ittra indirizzata lill-isqfijiet minn madwar id-dinja, il-Kardinal Mario Grech, Segretarju Ġenerali tas-Segretarjat Ġenerali tas-Sinodu, stieden lill-insara kollha minn madwar id-dinja biex bit-talb tagħhom jieħdu sehem fis-XVI Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet li se tiftaħ fil-Vatikan fl-4 ta’ Ottubru.

B’din l-ittra, is-Segretarju Ġenerali jfakkar lil kulħadd li l-Assemblea Sinodali hija fuq kollox avveniment spiritwali, ta’ talb u ta’ smigħ lill-Ispirtu s-Santu li huwa l-veru protagonista tal-ġrajja kollha.