Ma nistgħu nkunu skjavi tal-ebda poter!

Ħafna fil-Vanġelu tal-lum jagħfsu fuq is-separazzjoni bejn il-poter tal-art (politiku) u r-reliġjon.

Imma x’ħin il-Fariżej u l-Erodjani jistaqsu ‘l Ġesu għandhiex titħallas it-taxxa lill-Imperatur Ruman, Ġesu jitlobhom juruh munita li fuqha kien hemm ix-xbiha ta’ Ċesri, u jgħidilhom: “Mela agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla” (Mt 22, 21). Ġesu mhux qed jitlobhom li aħna nkunu maqtgħuhin mir-realta ta’ madwarna. Anzi! Ġesu jrid jgħidilna li filwaqt li fuq il-munita kien hemm ix-xbiha ta’ Ċesari, fina hemm ix-xbieha ta’ Alla, li ħadd ma jista’ għatti. Hu l-veru Sid tagħna

Imma din ix-xbieha aħna nistgħu ngħattuha. U anke f’dan il-kuntest tal-Vanġelu, il-Papa reġa’ wera s-sogħba kbira tiegħu għal gwerer ta’ madwarna. Il-gwerra hi telfa għal kulħadd. Il-gwerra ma għandhiex rebbieħa.

Tista’ tara l-post fuq facebook hawnhekk:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0gTX9RjpiDTt7RbZsBg1gQXZYtAZfoeAMTsPAmigaB7Qjbej8c7r9z1EL9YxKyDYjl

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading