Kristu kien qabel iż-żmien,
jgħix għal dejjem, Hu bla tmiem.
Int Mulej, Alla ħanin,
sejjaħtilna, hawn qegħdin
Glorja nagħtuk, Kristu Ġesù,
f’dal-jum qaddis bil-grazzja għanejt,
lilna ferraħt, ħfirtilna d-dnubiet.
Daqshekk ħabbejt lilna l-bnedmin.
Amen. Hallelujah.
Kristu kien…
Glorja nagħtuk, Kristu Ġesù,
għandek mill-ġdid ħa nersqu flimkien.
Kliemek iseħħ għal dawk li jħobbuk.
Daqshekk ħabbejt lilna l-bnedmin.
Amen. Hallelujah.
Kristu kien…
Glorja nagħtuk, Kristu Ġesù,
għoġbok tiċċekken għall-midinbin,
fuq is-salib int ħajtek temmejt.
Daqshekk ħabbejt lilna l-bnedmin.
Amen. Hallelujah.
Kristu kien…
Glorja nagħtuk, Kristu Ġesù,
l-Iben il-kbir li għext ta’ ħaddiem,
b’għarqek fix-xogħol dawwalt l-imsejknin.
Daqshekk ħabbejt lilna l-bnedmin.
Amen. Hallelujah.
Kristu kien…