Minn Daniel Borg
Hu u jikkumenta l-Vanġelu tal-lum għalkemm ma qrahx hu minħabba saħħtu, il-Papa jsejjaħ żmien l-Avvent bħala stennija mimlija mħabba. Il-Vanġelu tal-lum (Mt 13: 33-37) għalkemm wieħed qasir jitkellem mill-istennija tal-qaddejja għal sidhom li jħalli daru f’idejhom.
Imma l-qaddejja ma jgħixux fil-biża! Il-qaddejja huma dawk li jaħdmu id f’id ma’ sidhom, li jħobbu lil sidhom, ħerqanin li x’ħin jiġi jsib dar li tilqgħu u ppreparata. Għalihom il-miġja tiegħu hija festa!
Il-Papa jistedinna biex inħejju d-dar ta’ qalbna bit-talb, u nippeparawha bl-għajnuna li nagħtu lil min hu fil-bżonn. Ejjew niltaqgħu ma’ Ġesu’ f’ħutna li huma fil-bżonn u li naqsmu magħhom dak li għandna: il-ħin tagħna, li nisimgħuhom, u li ngħinuhom b’għajnuna konkreta. Ejjew nistennewh mingħajr ma nintilfu f’ħafna affarijiet, mingħajr ma ngergru, imma b’qalb ppreparata ħerqana li tiltaqa’ ma dak li huwa l-iskop veru ta’ ħajjitna!