L-istorja tat-twelid tas-Salvatur tagħna Ġesù Kristu hija tfakkira għalina lkoll li Alla ġie jgħix fostna, biex ikun qrib tagħna u biex isalvana minn dnubietna. Ġesù tana lilu nnifsu bħala rigal għalina. Hija storja li għadha tgħodd sal-lum. Ġesù huwa qrib tagħna għax jgħix f’qalbna fejn ikompli jkun rigal għalina.

Matul ix-xahar ta’ Diċembru tista’ taqra aktar dwar il-messaġġ tal-Milied fl-editorjal tal-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob.
Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun se jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’wieħed mill-artikli, naraw il-proġett li twettqu f’diversi pajjiżi tal-missjoni minn fondi li daħlu minn bejgħ ta’ krafts magħmulin mis-Sinjura Joan Libreri.
F’artiklu ieħor insiru nafu aktar mill-qrib lil mibki Mons. Karm Sant (1921-1992), il-fundatur tal-Għaqda Biblika Maltija. Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt
Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.