Rajt tarbija tiġi maqtula f’abort

Minn Joe Galea

It-tabiba tal-familja Shelly Theobald tgħid li għalkemm mhix ħabiba tal-facebook, ħasset li għadha titfa’ post wara li fi New York għaddew liġijiet ġodda dwar l-abort. Dr Theobald tirrakkonta dan li ġej:

“Kif għaddew dawn il-liġijiet ġieni f’moħħi l-kliem ta’ ħabiba brava li 5 snin ilu qaltli biex nippubblika l-istorja tiegħi. Qaltli li qabel ma semgħet b’din l-esperjenza, ftit li xejn kienet taf xi jsir f’abort u emmnet li ħafna nies ma jifhmux u wkoll lanqas biss jaħsbu dwar il-proċedura attwali ta’ abort.

Ħassejt b’saħħa li kulħadd għandu jkun jaf fil-fatt x’jiġri u dan jista’ jwassal għal edukazzjoni għal bidla fil-mentalità. “Dak iż-żmien,” tgħid Dir Theobald, ma tajtx każ. Jiena ma trabbejtx fl-Istati Uniti u nipprova nibqa’ barra kemm jista’ jkun mill-poliitika u mill-midja soċjali. Imma għandi storja, storja li nħossni ħażin kif niftakarha u nkun irrid nibki anke 8 snin wara. Ma nafx jekk hux se tagħmel differenza jew forsi lanqas biss tinqara ħlief mill-familja u mill-ħbieb tiegħi. Imma din mhix raġuni biex ma nitkellimx.

Kont fit-tielet sena tal-iskola  tal-mediċina f’Beer Sheva, Iżrael u kont ħerqana biex nibda l-ħidma ta’ ġenekoloġija fiċ-Ċentru tal-Mediċina f’Soroka. Darba minnhom qalulna li se jkollna żjara f’diversi kmamar ta’ eżami klinika ħalli niksbu esperjenza ta’ proċeduri ta’ abort.

Kont għaddejja minn kamra għal oħra biex nasal f’kamra fejn kienet se ssir il-proċedura ta’ abort. Fuq sodda kien hemm mara fi stat ta’ tqala.  Dehret kalma, b’magna tal-ultrasound maġenbha. Jiena fraħt kif rajt tarbija ta’ madwar 17 il-ġimgħa tgħum mistrieħa, bit-taħbita ċkejkna ta’ qalbha tpetpet fl-iskrin tal-monitor.

Kien għad ma għandix idea dwar il-proċedura sakemm f’daqqa waħda rajt oġġett bil-ponta jidħol fix-xena tal-monitor u ħassejt biża’ hekk kif din l-għodda daħlet f’daqqa waħda fiċ-ċkejkna tarbija. It-tarbija nħasdet b’mod viżibbli hekk kif irreaġixxiet għall-ewwel weġgħa. Ma flaħtx niċċalaq, ħassjtni paralizzata u bla-kliem. Niftakar li kont qed naħseb: “Din l-omm hemm bżonn tqum u tara x’inhuma jagħmlu lit-tarbija taħha. Hemm bżonn li tkun taf!”

Id-daqqiet baqgħu ġejjin u t-tarbija kompliet iddur, dirgħajha żgħar u riġlejha jitbandlu fil-likwidu hekk kif tħabtet biex tibqa’ ħajja. Kien qisu eternità, imma fl-aħħar il-moviment waqaf. Id-daqqiet baqgħu ġejjin, avolja l-ħajja kienet waqfet u l-ġlieda kienet lesta. L-idejn żgħar li ftit mumenti qabel dehru jxejruli mill-monitor tal-ultrasound m’għadhomx iktar.

Biċċa biċċa, it-tarbija ġiet imqatta fi trietaq li ma jingħarfux, ir-ras ġiet imfarrka. Imbagħad ġie l-vakum, u hekk kif it-tabib li għamel il-proċeduri ħareġ dak li fadal, smajtu jidħaq. Dar lejna mill-ġdid, u b’daħqa li ma ninsa qatt żamm bil-pinzetta waħda mill-idejn żgħar, id perfetta u ressaqha lejna, qal: “high five, high five,” u daħaq kull darba. Jien ħarist bl-ikrah lejh. Bilkemm stajt nemmen!

Meta x-xokk marli staqsejt lit-tabib għaliex l-omm kienet għażlet li jkollha abort. Weġibni, filwaqt li għolla spallejh, li ma kienx ċert, imma qal li jekk jiftakar sew, forsi kienet esposta għaċ-chickenpox, u għalhekk riedet abort. Reġa’ għolla spallejh u qalilna: “Taf int, kulħadd irid l-iskuża tiegħu!” U ħareġ mill-kamra.

M’għandix idea minn xiex kienet għaddejja l-omm żagħżugħa biex riedet abort. M’għandix idea x’qalulha dwar abort jew jekk kinux spjegawlha fid-dettal il-proċedura. M’iniex nikteb dan biex niġġudika jew nikkundanna lil din il-mara jew lil xi mara oħra. Irrid biss li jkun hawn aktar għarfien, għax nemmen li kieku dik il-mara kienet imqajma u setghet tara t-tarbija żgħira tagħha xxejrilha mill-monitor, kieku rat li dak l-instrument twil se tinfed liċ-ċkejken, ma kienet qatt se tagħżel li tabortixxi t-tarbija tagħha.

Nemmen li dan mhux dejjem il-mod kif isir l-abort u li spiss jintużaw mezzi kimiċi. Wieħed jista ‘ jargumenta li l-kimiċi huma mod iktar uman, imma anke Hitler uża metodi kimiċi biex joqtol lil-Lhud fil-kmamar tal-gass. L-argumenti dwar meta tibda l-ħajja ma jfissru xejn għalija: dakinhar rajt tarbija litteralment tiġġieled għal ħajjitha, tirreaġixxi għad-daqqiet tal-mewt bħal kull persuna ħajja.

M’iniex politikanti, la jiena Demokratika u lanqas Repubblikana, għax ma nħobbx niġi magħluqa minn xi ideoloġija u nippreferi li nifforma l-ideat tiegħi. Jiena għalkollox kontra kull forma ta’ abort, bl-eċċettwzzjoni ta’ każi rari, imma fermament nemmen ukoll fil-bżonn ta’ programmi ta’ servizzi soċjali li jgħinu lill-omm u lit-tarbija ġdida tagħha. Fuq kollox, jiena favur il-ħajja u nemmen li dik it-tarbija ċkejkna li rajt tinqatel kellha d-dritt li tgħid le!”

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading