“Ifraħ int li tlift il-kunfidenzi u ċ-ċertezzi għax m’intix waħdek: Kristu twieled għalik! “
Minn Daniel Borg
F’messaġġ u barka lid-dinja f’ Jum il-Milied Papa Franġisku jagħmel ftit riflessjonijiet li jixirqu għal dan iż-żmien qaddis. Il-ferħ ta’ Ġesu huwa ferħ li jfarraġna, iġeddilna t-tama u jagħtina l-paċi. Il-ferħ tiegħu mhux wieħed li jgħaddi, imma jibqa’.
U l-papa jagħmel appell sabiħ: “Ifraħ int li abbandunajtk kull tama għax Alla qed joffrilek idejh. Hu ma jippuntax subgħajh lejk imma joffrilek l-idejn ckejkna tiegħu ta’ tfajjel, biex jeħilsek minn kull biża’ u toqol biex jurik li f’għajnejh int iktar prezzjuż iktar minn kull ħaġa oħra.”
Il-Papa jerġa’ jagħmel appell ħerqan għall-paċi u fakkar f’dawk it-tfal li ħajjithom qed tiġi mkisra mil-gwerer. Hu jgħid li l-gwerra hi vjaġġ mingħajr destinazzjoni, telfa mingħajr rebbieħa, u ġennata li ma tistax tispjegaha. Filwaqt li jsemmi d-diversi gwerer hu jgħidilna: Ejjew nkunu strumenti ta’ paċi!
Fil-maxtura l-Bambin Ġesu’ huwa l-vuċi ta’ dawk li ma għandhomx vuċi: għat-tfal li mietu bil-ġuħ, għal dawk li ma jistgħux isibu jew li tilfu x-xogħol, għall-migranti li tilfu ħajjithom fil-vjaġġ tagħhom biex ifittxu futur aħjar.
Ejjew niftħu qalbna għat-tifel li twieled f’Betlehem, is-Salvatur tagħna, u l-Prinċep tal-Paċi!
Tista’ tara dan il-ħsieb fuq facebook fuq din il-ħolqa: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02Jxgf9YXVQw6k8dCf7WBCkAwAp7hMfPuuc61vDky2PXYRqzmoCXr5ssPepej4MpRl
| ReplyForwardAdd reaction |