Qabel norqdu l-lejla, naqraw mat-tfal iż-żgħar din l-istorja dwar is-Siġra tal-Milied u ngħidu talba flimkien.
Meta f’Diċembru noħorġu s-siġra tal-Milied niftakar fi storja ta’ siġra ċkejkna. Kienet ħadet is-sajf kollu biex tikber. Saret siġra sabiħa, bil-friegħi dritti u l-weraq ħodor.
Imma darba filgħodu, fil-bard tax-xitwa, waqt Ii kienet nieżla l-borra, is-siġra ċkejkna ħasset lil xi ħadd iċaqlaqha. L-idejn ta’ raġel, goffi u maħmugin bil-ħamrija, qalgħuha miII-ħamrija u tefgħuha ġo vann f’kaxxa kbira.
Ferħet meta waslu f’dar sabiħa. Għamluha f’qasrija kbira u bdew iżejnuha b’żigarelli kulur id-deheb, bil-bozoz b’ħafna kuluri u bi blalen ileqqu mad-dawl tal-kamra sabiħa.
Għal ftit jiem, kollox mar sew. Is-siġra ċkejkna kienet tassew ferħana, liebsa sabiħ, tixgħel u titfi bil-bozoz tal-kulur. Wara ftit tal-ħin, lis-siġra qabadha l-għatx. Il-weraq tagħha, li ftit qabel kienu ħodor u friski, bdew isiru kannella u sofor, u bdew jaqgħu ftit ftit.
Lejla waħda, bdew igibu madwarha ħafna kaxxi, imgeżwrin f’karti jleqqu u marbutin b’żigarelli tal-kulur. Kulħadd kien qed jistenna xi ħaġa.
L-għada fiIgħodu kien hemm storbju sħiħ: żgħar u kbar jiftħu l-kaxxi u jgħajtu, jgħannqu liI xulxin, jifirħu u jkantaw. Kif rat dan kollu, is-siġra qalet bejnha u bejn ruħha: “Dawn qed jifirħu, jieklu u jixorbu, u lili se jħalluni mmut hawnhekk!”
Quddiemha kien hemm il-Bambin tal-presepju. Ħasbet li qed ikellimha u jgħidilha: “Siġra ċkejkna, issa Ii ħadu r-rigali tagħhom, xejn ma jimpurtahom aktar minnek! … U lanqas minni!” U lili s-siġra ċkejkna tgħinni nitlob:
Ġesù, inti l-aqwa rigal tiegħi, mhux ir-rigali u l-parties. Naf li inti ġejt fid-dinja għax tħobbna. Tħallinix li jiena ninsiek, imma rrid naħseb fik.