Il-Maġi jagħrfu l-preżenza ta’ Alla f’sempliċi tfajjel

Illum billi fl-Italja l-festa tal-Epifanija tiġi ċċelebrata llum, il-Papa fl-Angelus jitkellem mil-miġja tal-Maġi (Mt 2, 1-12). Il-Maġi jsibu lil Ġesu u jadurawh. Huma jagħrfu l-preżenza ta’ Alla f’sempliċi tfajjel, bin nies foqra.

U bħalma l-Maġi taw skop lil ħajjithom x’ħin sabu lil Ġesu u adurawh, hekk aħna nagħtu skop lil ħajjitna x’ħin nieqfu naduraw lil Ġesu fl-Ewkaristija. Ma nkunux qed naħlu ż-żmien imma nkun qed nagħtu sens liż-żmien! F’din l-adorazzjoni nerġgħu nsibu r-rotta fis-sempliċita’ tas-silenzju li jimlielna qalbna.

Tista’ tara l-post fuq Facebook fuq din il-ħolqa:  https://m.facebook.com/story.php?story_fbid=pfbid07QGhHgwdPnH5zoZnmDhc5NREwRfWhAADDynwBiNBjTxNo8Us5pnYaRnffUbHQLF5l&id=100000033630966

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading