Intom x’qegħdin tfittxu?

Minn Daniel Borg

Il-Vanġelu tal-lum (Ġw 1, 35 -42) huwa wieħed sabiħ ħafna. L-ewwel mistoqsija li jagħmel Ġesu’ huwa: “Intom x’qegħdin tfittxu?”. Il-Papa jgħid li Ġesu’ ma jridx ‘followers’ superfiċjali, imma nies li jistaqsu, li jfittxu mdawla mil-Kelma ta’ Alla. Id-dixxipli xtaqu jiltaqgħu ma’ Ġesu’, joqogħdu miegħu.

Id-dixxiplu nfatti huwa dak li joqgħod ma’ Ġesu, li jkun irid isir jaf lil Ġesu’ mil-qrib. Wara din l-esperjenza huma kellhom il-kuraġġ li jħabbru lil Ġesu’. Tant kienet qawwija l-esperjenza tagħhom li ftakru s-siegħa bl-eżatt, għalkemm kien għadda ħafna żmien wara li nkiteb l-Vanġelu.

Tista’ tara’ dan il-post fuq facebook fuq din il-ħolqa: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid03859nykE5RpCv6xjp7uA56EZs12qF9ASp6xHggEQoYF9SLWN8BZ84nuz2sWhCA5WLl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?