Djarju għar-Randan tal-2024
Għat-tielet sena konsekuttiva qed noħorġu d-djarju tar-Randan li fil-verita din id-darba jista jinżamm u jintuża kull tliet snin (sena B). Il-messaġġi li hemm fihom huma tajbin kemm għall-adolexxenti u anke għaż-żgħażagħ. L-għan tiegħu hu li jakkumpanjak matul ir-Randan u jgħinek tirrifletti 5 minuti kuljum matul ir-Randan kollu. Kull riflessjoni titlaq minn vers mill-Kelma ta’ dik il-ġurnata.

Tista’ tordna l-kopja tiegħek minn issa minn fuq il-link: https://kdzg.mt/product/hames-minuti-kollox-sena-b/
għall-prezz ta’ €9. Jekk tixtri 10 kopji jew aktar tingħata discount ta’ €1.50 fuq kull ktieb. Tista tagħżel li tirċevieh bil-posta jew tiġbru miċ-Ċentru taż-Żgħażagħ tan-Nadur.
