Minn Daniel Borg
Il-Vanġelu tal-lum jitkellem mit-trasfigurazzjoni tal-Mulej (Mark 9, 2-10). Fl-Angelus il-Papa jgħid li ħarsitna għandha dejjem tkun imsammra fuq id-dawl ta’ Ġesù permezz tas-smiegħ tal-Kelma, tat-talb, u tas-sagramenti. Wiċċu kollu dija huwa l-wiċċ tal-ħniena, tat-tama, u tal-fedelta. Ejja nkunu ħarsitna miftuħa, nfittxu d-dawl veru li hu Kristu fl-oħrajn u fit-talb!
Tista tara dan il-ħsieb ukoll fuq Facebook fuq din il-ħolqa: https://www.facebook.com/share/XvnpmQtMhEogDUsT/