Il-Mulej hu paċenzjuż

Minn Daniel Borg

Fil-Vanġelu tal-lum (Mk 4, 26-34) Ġesu jxebbah is-Saltna ta’ Alla ma’ żerriegħa li tikber bil-mod il-mod taħt l-art, il-bogħod mill-għajnejn. Qabel iż-żerriegħa tikber u tagħti l-frott trid iż-żmien u l-paċenzja. Fl-Angelus il-Papa jgħid li l-Mulej jitfa’ wkoll fina iż-żerriegħa tal-Kelma u l-grazzja tiegħu, imma ma jistenniex li din tikber mal-ewwel! Huwa jimxi magħna, u jistenna bil-paċenzja li din tixxettel fina u tikber. Għalhekk il-Mulej jgħallimna biex aħna wkoll niżirgħu ż-żerriegħa tal-Vanġelu u li nistennew li din tagħti l-frott fina u fl-oħrajn fiż-żmien tagħha. Dan irridu nagħmluh mingħajr ma niskoraġġixxu ruħna, u billi nkomplu ngħinu lil xuxlin anke meta ma narawx riżultati. Mingħajr ma nafu l-miraklu jkun ġa qed iseħħ u fi żmienu jagħti l-frott.

Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0ERVp4ehePJfua52JaCgdwKtvxP8874pfNVoBASpBe8zq9RsLEP4CuqBs2Top4BbJl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading