Appelli għall-paċi f’pajjiżi mifnija mill-gwerra

Il-Papa jfakkar fil-bumbardamenti atomiċi tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Ara d-diskors kollu bil-Malti …

“Ejjew nitolbu bil-ħerqa għall-paċi, b’mod speċjali fl-Ukrajna martri, fil-Lvant Nofsani, fil-Palestina, l-Iżrael, is-Sudan, u l-Myanmar.” Dan kien l-appell li nieda l-Papa Franġisku, nhar il-Ħadd li għada waqt it-talba tal-Angelus.

Il-Ħadd, il-Qdusija Tiegħu fakkar fl-anniversarju tal-bumbardamenti atomiċi ta’ Hiroshima u Nagasaki fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija. U f’dan il-waqt huwa stieden lil kulħadd biex jitolbu “għall-vittmi ta’ dawk l-avvenimenti u tal-gwerer kollha”.  

Il-Papa Franġisku talab ukoll għall-vittmi tal-inċident traġiku tal-ajruplan fl-Istat ta’ Sao Paulo fil-Brażil, li seħħ il-Ġimgħa 9 ta’ Awwissu, fejn 61 persuna li kienu kollha abbord tilfu ħajjithom. L-ajruplan kien telaq mill-belt ta’ Cascavel biex itir lejn l-ajruport ta’ Gaurulhoms f’Sao Paulo, iżda ġġarraf lejn ir-raħal ta’ Vinhedo.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-08/pope-francis-angelus-appeal-peace-wwii-atomic-bombings.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading