“U daħal joqgħod magħhom”
Bejn Ottubru 2024 u Mejju 2025, l-Isqof Anton Teuma ser jagħmel Viżta Pastorali fid-Djoċesi Għawdxija.
Il-Viżta Pastorali hija żjara li l-Isqof Djoċesan jagħmel lill-parroċċi u l-komunitajiet Kattoliċi fid-Djoċesi tiegħu, bl-għan li jistħarreġ il-qagħda tagħhom u jwettaqhom fil-ħajja tal-fidi u l-ħidma tagħhom ta’ evanġelizzazzjoni.
It-tema magħżula hija silta mill-ġrajja tal-laqgħa ta’ Ġesù maż-żewġ dixxipli fit-triq ta’ Għemmaws dakinhar stess tal-qawmien tiegħu mill-imwiet, “U daħal joqgħod magħhom”.
Aktar mid-Djoċesi ta’ Għawdex … https://laikos.org/gozodiocese/
