Il-Beatitudnijiet tal-lum

Minn Monsinjur Jean-Charles Thomas, Korsika

Ħsieb miktub minn Monsinjur minn Korsika. Juri x-xewqa li aħna rridu nersqu lejn il-proxxmu, anke jekk hu ‘l bogħod mit-twemmin tagħna, mill-idejat tagħna, mill-kultura tagħna. Irridu nagħrfu nirrispettaw lil min mhux tal-gosti tagħna; irridu nħobbu, nisimgħu,… ukoll fejn jidħlu konflitti u differenzi. Dan hu l-programm ta’ ħajja tan-nisrani. Il-ħsieb ta’ dan il-Monsinjur hu bbażat fuq il-Beatitudnijiet. Hu stedina għall-paċenzja, għat-tama u għat-talb.

Imberkin dawk li jersqu min jeddhom

lejn min għalih il-Knisja hi fil-bogħod,

lejn min ma jemminx f’Alla,

lejn min trabba fi tradizzjonijiet reliġjużi oħra,

lejn il-foqra,

lejn il-barranin,

lejn irġielu nisa ta’ kulturi oħra.

Imberkin dawk li jaċċettaw li jħobbu wkoll lil dawk li mhumiex iroddulhom imħabba.

Imberkin dawk li jipproponu l-idejat u s-suġġerimenti tagħhom filwaqt li jaċċettaw lill-oħrajn li ma jaqblux magħhom.

Imberkin dawk li fil-Knisja u fil-qasam ta’ ħidma tagħhom jagħtu spazju u ħin għal min jixtieq jitkellem u juri li qiegħed hemm mal-ġemgħa.

Imberkind dawk li mingħajr ma jibżgħu mis-sagrifiċċji, jibqgħu b’egħruq sodi fil-perseveranza u fil-paċenzja u ma jonqsux li jagħmlu dak il-pass ċjkejken biex fl-aħħar jirnexxilhom jersqu lejn min jeħtieġhom.

Imberkin dawk li qed ifittxu li jkun hemm koerenza bejn il-valuri li jħaddnu u d-diffikultajiet li magħhom iħabbtu wiċċhom fil-ħajja ta’ kuljum.

Imberkin dawk li jerfgħu ħsiebhom lejn Alla fit-talb ta’ kuljum.

Imberkin dawk li jittamaw dejjem: huma jsibu t-triq li twassalhom lejn il-qlub tal-oħrajn u lejn il-qalb  ta’ Alla.

Miġjub għall-Malti minn Joe Galea

One thought on “Il-Beatitudnijiet tal-lum”

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading