Il-Papa lill-awtoritajiet ċivili: il-Belġju jista’ jgħin l-Ewropa biex trawwem il-paċi

Il-Ġimgħa, 27 ta’ Settembru 2024: Il-Papa jinsab fi żjara l-Belġju…

Il-Papa Franġisku saħaq li l-Knisja Kattolika messha tistħi u għandha titlob maħfra fid-dawl tal-abbużi sesswali fuq it-tfal.

Hu qal dan f’indirizz lill-awtoritajiet Belġjani, fi żjara appostolika fil-Belġju.

“Il-Knisja għandha tirrisolvi s-sitwazzjoni b’umiltà Nisranija u tagħmel kull sforz biex dan ma jerġax iseħħ,” qal il-Papa. Hu kompla li l-abbuż mill-membri tal-kleru jħammar wiċċ il-Knisja. Għaldaqstant, hu insista li l-Knisja ma tistax iġġib skużi, anke jekk il-maġġoranza tal-abbużi jseħħu fil-familji u fl-iskejjel.

“Fil-Knisja, aħna għandna nitolbu maħfra għal dan kollu. Din hija tal-mistħija u umiljazzjoni għalina,” sostna l-Papa.

Sors: www.knisja.mt

Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading