L-istil tal-ħajja nisranija huwa s-servizz

Minn Daniel Borg

Il-Papa fil-priedka tiegħu jagħfas fuq żewġ mistoqsijiet li Ġesu jagħmel fil-Vanġelu tal-lum (Mk 10, 35-45) lil Ġakbu u Ġwanni: Xi triduni nagħmlilkom?”, u “Għandkom ħila tixorbu l-kalċi li se nixrob jien”. Bl-ewwel mistoqsija Ġesu jikxef dak li verament Ġakbu u Ġwanni għandhom f’qalbhom, jiġifieri xewqa għall-poter, għax l-ideja tagħhom ta’ Ġesu bħala Messija kienet waħda żbaljata. U l-Papa jgħid li x-xewqa għall-unur u l-poter jistgħu jkunu preżenti wkoll fil-Knisja.

Bit-tieni mistoqsija Ġesu jkissrilhom din l-ideja ta’ messija. Il-Messija veru huwa dak li iktar il quddiem fil-Vanġelu kien se jagħti ħajtU lill-oħrajn, dak li huwa lsir ta’ kulħadd, u li ngħata għalina b’imħabba totali. U għalhekk Ġesu jipprova jgħin lill-appostli biex jifhmu li huma jridu jkunu wkoll qaddejja tal-oħrajn. Ġesu fina jikxef ukoll dak li hemm moħbi f’qalbna imma jagħmlilna wkoll stedina biex niġġeddu. Il-Papa jgħid li l-istil tal-ħajja nisranija ma hux il-poter imma s-servizz.

Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid033RETRjszwAfqPsWVs65ENsuiJaAA4u2ckGdkaXuj6hNTDeFpLCEL4b8jiChdVBdCl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading