100 sena mit-talba ‘Vestis Honoris’

Fl-anniversarju tal-100 sena tat-talba miktuba minn San Ġorġ Preca, Vestis Honoris (Libsa ta’ Ġieħ), is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija ċċelebrat din l-okkażjoni b’ċelebrazzjoni ta’ ringrazzjament lil Alla u lil Madonna fil-Kolleġġjata  tal-Immakulata Kunċizzjoni f’Bormla.

Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru, 2024, il-membri u l-kandidati kollha ta’ Malta inġabru biex jirringrazzjaw lil Alla għall-fatt li San Ġorġ Preca kien ispirat li jikteb dan l-innu ta’ ġieħ lill-Madonna quddiem ix-xbiha tal-kwadru titulari tal-Kunċiżżjoni fl-istess Kolleġjata. Il-kwadru, li iġib ix-xbiha tal-Madonna liebsa libsa bajda f’faxxa kaħla li qed tiġi inkurunata mill-Missier u mdawwra bl-anġli, kien impitter fl-1828 minn Pietru Pawl Caruana.

It-talba Vestis Honoris għada tingħad sal-lum il-ġurnata mill-membri u l-kandidati kull 7, 17 u 27 ta’ kull xahar matul is-sena.

Bħala nsara għandna nagħtu ġieħ lil Madonna bħala s-Sultana tas-sema u l-art li Alla l-Missier għoġbu junura billi għażilha bħala omm vera u naturali ta’ Ibnu, tal-grazzja tal-immakulat konċepiment tagħha, kif ukoll talli unura bl-assunzjoni tagħha fis-sema wara mewtha.

Sors: Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija – sdcmuseum.org 

Sors: www.knisja.mt

Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading