X’għandna nagħmlu f’dan iż-żmien ta’ stennija għall-Feddej?

Minn Daniel Borg

Illum il-Papa kien f’ Ajaccio u fil-quddiesa li ċċelebra llum, hu jaqbad mad-domanda li nsibu llum fil-Vanġelu: “Mela x’għandna nagħmlu aħna?” (Lq 3, 12) X’għandna nagħmlu f’dan iż-żmien ta’ stennija għall-Feddej?

Il-Papa jgħid li l-qari tal-lum jippreżentalna żewġ tipi ta’ stennija: l-istennija ansjuża mibnija fuq il-‘jien’ li ma tagħtix lok għall-ħidma ta’ Alla, u l-istennija mimlija ferħ. M’għandniex inħallu d-diqa toħnoqna. Min jgħix għalih innifsu qatt ma hu se jkun kuntent u dan hu ħażen li lkoll kemm aħna jista’ jkollna. U l-Papa jaqbad mal-vers tal-ittra ta’ San Pawl lill-Filippin: “Fit-talb kollu tagħkom itolbu u uru lil Alla xi jkollkom bżonn, u iżżuh ħajr.” (Fil 4,6) Min jaħseb li hu ġust ma jiġġeddidx, ma hux kapaċi jiftaħ qalbu għall-oħrajn, għax lanqas ma hu kapaċi jiftaħ qalbu għal Alla.

L-istennija mimlija ferħ, mhix stennija fiergħa, hija stennija mibnija fuq l-azzjonijiet tajba lejn l-oħrajn għax Alla qiegħed f’nofsna. Hija stennija mibnija fuq it-tama vera li hu Ġesu’ u li s-sinjali tagħha huwa l-frott tajjeb bħalma huma l-paċi u l-ġustizzja.

Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid027ezHqbudATKKkFQYYsswiAb7WYEt3HmRnpa1CFinCgew6AjffbQAowqBrv7fvHqFl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading