Salvazzjoni, Dawl u Kontradizzjoni

Minn Daniel Borg

Il-Vanġelu tal-lum (Lq 2, 22-40) jitkellem mill-preżentazzjoni ta’ Ġesu fit-tempju. Il-preżentazzjoni tat-trabi fit-tempju kellha sinifikat importanti għax kienet tfakkar li l-ħajja ġejja minn Alla. F’dan il-kuntest il-Papa fl-Angelus jiffoka fuq il-kliem ta’ Xmun, l-anzjan li kien qed jistenna l-miġja tal-Messija, u li jiddeskrivi lil Ġesu’ bħala “salvazzjoni”; “dawl”; u li se jkun fl-isess waqt “sinjal u jmeruh” jiġiferi sinjal ta’ kontradizzjoni.

Ġesu’ huwa s-salvazzjoni għax hu permezz ta’ Ġesu’ li aħna nkunu salvi. Ġesu’ hu “dawl li jdawwal il-ġnus” għax dak it-tifel kellu jifdi lid-dinja minn niket, mill-ħażen, u mill-mewt. U l-Papa jgħid li llum iktar minn qatt qabel għandna bżonn ta’ dan id-dawl. U Ġesu huwa sinjal ta’ kontradizzjoni ” ħalli jinkixfu l-ħsibijiet moħbija ta’ ħafna” (v. 35). U għaliex dan? Għax Ġesu’ jagħtina l-kriterju prinċipali li bih se tkun iġġudikata ħajjitna: l-imħabba. Min iħobb jgħix, min jobgħod imut.

Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0ScSDHNJW4ZXsCCqG4ZMAQwpqnXuDLiNv5tcRpFp2U9PotsFCT2UYZxnq6MQZLmqgl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading