Talba għall-Ministri straordinarji tat-Tqarbin

Talba li tista’ tintalab mis-Sacerdot u mill-Komunità għall-Ministri Straodinarji tat-Tqarbin fil-bidu, kif ukoll matul il-mandat tagħhom.

O Alla, Missier ħanin, nitolbuk għall-Ministri straordinarji tat-Tqarbin. Agħtihom il-grazzja li jaqdu lill-poplu tiegħek b’umiltà u b’devozzjoni. Dawwlilhom qalbhom biex jifhmu l-kobor tas-Sagrament tal-Ewkaristija u jwasslu l-preżenza reali tiegħek lill-ħuthom b’imħabba u b’rispett.

Dan nitolbuh b’Ibnek Ġesù Kristu Sidna li miegħek jgħix u jsaltant flimkien mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading