Il-Papa jqatta’ lejl ta’ mistrieħ fl-10 jum tiegħu l-isptar

24/02/2025: Fi stqarrija mis-Sala Stampa tas-Santa Sede intqal li l-Papa Franġisku kellu lejl ta’ mistrieħ fl-għaxar jum tiegħu fl-Isptar Ġemelli f’Ruma fejn qed jiġi rikoverat minħabba pulmonite doppja.

Photo: Jesús Orozco

Fl-aġġornament mediku ta’ lbieraħ intqal li għadu f’qagħda kritika. L-istqarrija kompliet tgħid li l-Papa qed jirċievi l-ossiġnu artifiċjali u jinsab konxju.

F’komunikat lill-ġurnalisti ġie sostnut li l-kumplessità tal-istat kliniku kif ukoll minħabba stennija meħtieġa għat-terapiji farmakoloġiċi, huwa meħtieġ li l-pronjosi tibqa’ kunfidenzjali.

Intant, ningħaqdu mal-Knisja Kattolika biex inkomplu nitolbu għall-bżonnijiet tal-Papa f’dan il-mument diffiċli.

Minn Gabriel Lia

Sors: www.knisja.mt

Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading