Il-Papa: Mill-isptar il-gwerra tidher iktar assurda

Illum il-Papa xorta wassal ir-riflessjoni tiegħu, għalkemm mhux personalment, mill-isptar fejn rikoverat. Il-Papa jgħid li l-Vanġelu tal-lum (Lq 6:39-45) iħarrigna fuq tnejn mill-ħames sensi: il-ħars u t-togħma. Rigward il-ħars hu jgħidilna biex niġġudikaw il-proxxmu tagħna b’karita: “Neħħi l-ewwel it-travu minn għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa kif tneħħi t-tibna minn għajn ħuk.” (v.42)

Huwa biss b’ ħarsa ta’ ħniena u mhux kundanna li l-korrezzjoni fraterna ssir virtù. Rigward it-togħma Ġesù jgħidilna: “Kull sigra mill-frott tagħha tingħaraf.” (v.44) Il-frott tajjeb huma l-kliem ta’ ġustizzja u onestà u l-frott ħażin huwa l-kliem vjolenti, falz u volgari. Il-Papa jerga’ jagħmel ukoll appell għall-paci u jgħid li mill-isptar il-gwerra tidher iktar assurda.

Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/share/p/1HGn5A2TCu/

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading