Minn Daniel Borg
Il-Vanġelu tal-lum (Lq 13, 1-9) huwa l-Vanġelu tal-Paċenzja ta’ Alla. Fil-messaġġ tal-Angelus tal-Papa li twassal lilna, il-Papa jgħid li l-parabbola tal-lum tħeġġiġna biex nikkonvertu.
Infatti fil-parabbola tal-lum il-bidwi jħeġġeġ lis-sid biex ikollu paċenzja u jagħti ċans ieħor lil dik is-siġra tat-tin li għal tlett snin ma tatx il-frott. Is-sid ikun irid jaqtagħha imma l-bidwi jgħidlu li se jagħmel l-almu tiegħu kollu biex din tagħti l-frott. Il-Papa jgħid li dan il-bidwi fiduċjuż huwa Alla li jaħdem l-għalqa tal-ħajja tagħna, fiduċjuż li aħna se nirritonaw għandu.
Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02SRWgZxHPQ9SHJxn9DCbzEQtct51YUH9bqhGbha3mYpzVqG6t4XzJ21vD2Ekta3Vl