Il-Papa dwar il-Vanġelu tar-4 Ħadd tar-Randan

Minn Daniel Borg

Minkejja l-mard il-Papa xorta wasslilna messaġġ qasir fuq il-Vanġelu tal-lum li kien jitratta l-Iben il-Ħali (Lq 15,1-3.11-32). Ġesu’ induna lil l-Fariżej ma kienux kuntenti li l-midinbin kienu qed jersqu lejh. U għalhekk Ġesu jirrakkontalhom il-ġrajja ta’ Missier li jkollu żewġ ulied.

Wieħed jitlaq mid-dar u jirritorna lura x’ħin jitfaqqar, u l-ieħor li kien “ubbidjenti”, imma li mbagħad jirrabja mal-Missier x’ħin dan jagħmillu festa. Tant jirrabja li ma jkunx irid jidħol. Imma hawnhekk Ġesu jurina l-qalb tal-Missier li tħobb lil kulħadd u li tagħmel minn kollox biex tfejjaq il-feriti tagħna. Hekk kien il-każ ukoll tal-iben il-kbir. U għalhekk il-Papa jħeġġiġna biex f’dan iż-żmien tal-Randan u tal-Ġublew, nesperimentaw il-fejqan. U b’riferenza għall-marda tiegħu u għal kull min qed idur bih il-Papa jgħid li aħna wkoll nistgħu nwasslu l-fejqan bil-kliem u l-azzjonijiet tagħna.

Wieħed jista’ jara wkoll dan il-ħsieb fuq il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0yGWuVAqZ8wuDpKp9cSZgzkm5NRLZm4CNYtqVwuyr1E5adEZBxDkQu1zWzMtAXYWdl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading