L-Arċisqof Scicluna se jattendi għall-funeral tal-Papa Franġisku

25/04/2025: L‑Arċisqof Charles Scicluna llum iħalli Malta sabiex għada s‑Sibt, 26 ta’ April 2025, jieħu sehem fil‑quddiesa tal‑funeral tal‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku, li se ssir fl-10am fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.

Il-Papa Franġisku u l-Arċisqof Charles Scicluna waqt il-Vjaġġ Appostoliku fl-2022.
Ritratt: Papal Visit – Ian Noel Pace

L‑Arċisqof Scicluna se jirrappreżenta l‑Konferenza Episkopali Maltija u se jingħaqad flimkien ma’ patrijarki, kardinali, arċisqfijiet, isqfijiet u saċerdoti oħra mid-dinja kollha li huma mistiedna jikkonċelebraw f’din iċ‑ċelebrazzjoni tal‑Ewkaristija.

Il‑quddiesa tal‑funeral tal‑Papa Franġisku se tkun ippreseduta mill‑Kardinal Giovanni Battista Re, id‑Dekan tal‑Kulleġġ tal‑Kardinali.

Il‑Knisja f’Malta tingħaqad mal‑Knisja Universali u trodd ħajr lill‑Mulej għall‑ħajja tal‑Papa Franġisku u s‑servizz u l‑missjoni tiegħu lejn il‑Poplu ta’ Alla.

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading