Nindirizzaw il-problemi tal-kriżi ambjentali fid-dawl ta’ Laudato si’ u Laudate Deum.
Fir-raba’ votazzjoni tal-konklavi, l-Kardinal Amerikan Robert Francis Prevost ġie elett bħala Isqof ta’ Ruma u l-Papa mexxej tal-Knisja Kattolika wara l-mewt tal-Papa Franġisku. Huwa għad għandu 69 sena u sa ftit jiem ilu kien prefett tad-Dikasteru tal-Isqfijiet, l-organu responsabbli għall-ħatra tal-isqfijiet madwar id-dinja.

Prevost li huwa mill-Ordni ta’ Santu Wistin u kien għamel xi żmien bħala pirjol-ġenerali tal-Ordni0, ħadem ukoll bħala missjunarju fil-Perù. Meqjus minn bosta bħala wieħed qrib ħafna l-linja tal-Papa Franġisku, b’mod partikolari fir-rigward tal-importanzi li jagħti għall-ġustizzja, kemm ambjentali u kif ukoll soċjali.
Fid-diskors reċenti tiegħu fis-seminarju tal-Vatikan “Nindirizzaw il-problemi tal-kriżi ambjentali fid-dawl ta’ Laudato si’ u Laudate Deum” (Palazzo San Calisto, Novembru 2024), il-Kardinal Prevost kien enfasizza l-urġenza li “nimxu mid-diskors għall-azzjoni” fid-dawl tal-kriżi klimatika li qed tiggrava.
Forsi kien għalhekk li huwa għażel għalih innifsu l-isem ta’ Ljun XIV, li bla dubju ta’ xejn jfakkarna fil-Papa li qablu kellu l-istess isem, Ljun XIII, li huwa l-Papa tar-Rerum Novarum li nistgħu ngħidu li kienet l-enċiklika li tat-bidu għat-tagħlim soċjali tal-Knisja sa minn żmien ir-rivoluzzjoni industrija.
Filwaqt li rrikonoxxa l-importanza tal-progress teknoloġiku, Prevost kien ikkritika wkoll l-użu “tiranniku” tar-riżorsi naturali għall-benefiċċju tal-ftit,