Għaliex propju dan l-isem, Ljun XIV?

Il-Kardinal Robert Francis Prevost li issa huwa l-Papa l-ġdid tal-Knisja Kattolika, għażel għalih innifsu l-isem ta’ Leo XIV.

  • Imma għaliex propju dan l-isem?
  • Forsi hemm xi messaġġ li dan il-Papa l-ġdid, jixtieq iwassal lill-Knisja u lid-dinja fil-bidu tal-pontifikat tiegħu?
  • Min kien l-aħħar Papa li kellu dan l-istess isem, Ljun?

Leo XIII kien il-256 Isqof ta’ Ruma u Papa tal-Knisja Kattolika mill-20 ta’ Frar 1878 sal-mewt tiegħu. Fl-istorja tal-papiet tal-era moderna huwa baqa’ mfakkar bħala l-Papa li kien jemmen li d-dmirijiet tal-Knisja kienu jinkludu wkoll ħidma pastorali fil-qasam soċjo-politiku. Minn żmienu ‘l quddiem ma kienx hemm promulgazzjoni ta’ aktar dogmi, iżda hu jibqa’ mfakkar bħala l-“Papa tal-enċikliċi”: kiteb 86 minnhom biex jegħleb l-iżolament li fih sabet ruħha s-Santa Sede wara t-telf tal-poter temporali bl-unifikazzjoni tal-Italja.

Imma ċertament li l-aktar enċiklika li l-Papa Ljun XIII baqa’ magħruf għaliha, kienet ir-Rerum Novarum, li fetġet beraħ il-bieb għal sensiela ta’ dokumenti soċjali mill-papiet li ġew warajh.

Forsi dan huwa l-messaġġ ewlieni li l-Papa l-ġdid, irid jagħtina, meta għażel għalih innifsu l-isem ta’ Ljun XIV?

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading