IL-PAPA LJUN XIV
REGINA CAELI
FI TMIEM IL-QUDDIESA TAL-INAWGURAZZJONI TAL-PONTIFIKAT
Pjazza San Pietru
Il-Ħadd, 18 ta’ Mejju, 2025
Fi tmiem din iċ-ċelebazzjoni, insellem u rrodd ħajr lilkom ilkoll, rumani u fidili minn tant inħawi tad-dinja, li għoġobkom tieħdu sehem illum!
Nesprimi b’mod partikolari l-gratitudni tiegħi lid-Delegazzjonijiet uffiċjali minn bosta pajjiżi, kif ukoll lir-Rappreżentanti tal-Knejjes u tal-Komunitajiet ekkleżjali u ta’ Reliġjonijiet oħra.
Tislima kordjali lill-eluf ta’ Pellegrini li nġabru hawn mill-kontinenti kollha fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Konfraternitajiet. Għeżież, irroddilkom ħajr għax qed iżżommu ħaj il-patrimonju kbir tal-pjetà popolari!
Matul il-Quddiesa ħassejt bil-qawwa l-preżenza spiritwali tal-Papa Franġisku, li mis-sema kien jinsab hawn magħna. F’din id-dimensjoni ta’ komunjoni tal-qaddisin infakkar li lbieraħ f’Chambéry, fi Franza, kien beatifikat is-saċerdot Camille Costa d Beauregard li għex bejn tmiem is-snin ‘800 u l-bidu tas-snin ‘900, xhud ta’ karità pastorali kbira.
Fil-ferħ tal-fidi u tal-komunjoni ma nistgħux ninsew lil ħutna li qed ibatu minħabba l-gwerer. F’Gaża, tfal, familji, anzjani li s’issa ħelsuha mill-bombi, qed imutu bil-ġuħ. Fil-Myanmar, aktar ġlied ħasad ħajjiet żgħażagħ innoċenti. L-Ukrajna mbiċċra qed tistenna, saflaħħar, negozjati għal-paċi ġusta u dejjiema.
Għalhekk, filwaqt li nafdaw f’idejn Marija s-servizz tal-Isqof ta’ Ruma, Ragħaj tal-Knisja universali, mid-“dagħjsa ta’ Pietru”, inħarsu lejha, Kewkba tal-Baħar, Omm tal-Parir it-Tajjeb, bħala sinjal ta’ tama. Nitolbu bil-ħerqa d-don tal-paċi bl-interċessjoni tagħha, is-sostenn u l-faraġ lil min qed isofri, il-grazzja lilna lkoll li nkunu xhieda tal-Mulej Irxoxt.
Miġjub għall-Malti minn Joe Huber
Like and follow Liakos and thanks to all who mentain the sight