L-Arċisqof b’appell biex it-tfal f’Gaża jingħataw aċċess għall-ikel

24/07/2025: L-Arċisqof ta’ Malta, Charles Scicluna wassal appell imqanqal sabiex it-tfal f’Gaża jingħataw l-iktar dritt bażiku fil-ħajja – dak ta’ aċċess għall-ikel.

Photo by Mohammed Ibrahim on Unsplash

“L-immaġnijiet tat-tfal innoċenti li qed imutu bil-ġuħ f’Gaża huma akkuża għalina lkoll,” qal Mons. Scicluna.

Mindu faqqgħet il-gwerra bejn Iżrael u l-grupp militanti Ħamas, aktar minn 60,000 persuna nqatlu. Ħafna minn dawn il-persuni kienu Palestinjani li ma kinux suldati filwaqt li numru sostanzjali ta’ persuni kienu qed jistkennu f’kampijiet taf-refuġjati. B’Iżrael jagħmilha ċara li mhux se jieqaf sakemm jiżvojta u jeqred lil Gaża.

https://platform.twitter.com/embed/Tweet.html?dnt=false&embedId=twitter-widget-0&features=eyJ0ZndfdGltZWxpbmVfbGlzdCI6eyJidWNrZXQiOltdLCJ2ZXJzaW9uIjpudWxsfSwidGZ3X2ZvbGxvd2VyX2NvdW50X3N1bnNldCI6eyJidWNrZXQiOnRydWUsInZlcnNpb24iOm51bGx9LCJ0ZndfdHdlZXRfZWRpdF9iYWNrZW5kIjp7ImJ1Y2tldCI6Im9uIiwidmVyc2lvbiI6bnVsbH0sInRmd19yZWZzcmNfc2Vzc2lvbiI6eyJidWNrZXQiOiJvbiIsInZlcnNpb24iOm51bGx9LCJ0ZndfZm9zbnJfc29mdF9pbnRlcnZlbnRpb25zX2VuYWJsZWQiOnsiYnVja2V0Ijoib24iLCJ2ZXJzaW9uIjpudWxsfSwidGZ3X21peGVkX21lZGlhXzE1ODk3Ijp7ImJ1Y2tldCI6InRyZWF0bWVudCIsInZlcnNpb24iOm51bGx9LCJ0ZndfZXhwZXJpbWVudHNfY29va2llX2V4cGlyYXRpb24iOnsiYnVja2V0IjoxMjA5NjAwLCJ2ZXJzaW9uIjpudWxsfSwidGZ3X3Nob3dfYmlyZHdhdGNoX3Bpdm90c19lbmFibGVkIjp7ImJ1Y2tldCI6Im9uIiwidmVyc2lvbiI6bnVsbH0sInRmd19kdXBsaWNhdGVfc2NyaWJlc190b19zZXR0aW5ncyI6eyJidWNrZXQiOiJvbiIsInZlcnNpb24iOm51bGx9LCJ0ZndfdXNlX3Byb2ZpbGVfaW1hZ2Vfc2hhcGVfZW5hYmxlZCI6eyJidWNrZXQiOiJvbiIsInZlcnNpb24iOm51bGx9LCJ0ZndfdmlkZW9faGxzX2R5bmFtaWNfbWFuaWZlc3RzXzE1MDgyIjp7ImJ1Y2tldCI6InRydWVfYml0cmF0ZSIsInZlcnNpb24iOm51bGx9LCJ0ZndfbGVnYWN5X3RpbWVsaW5lX3N1bnNldCI6eyJidWNrZXQiOnRydWUsInZlcnNpb24iOm51bGx9LCJ0ZndfdHdlZXRfZWRpdF9mcm9udGVuZCI6eyJidWNrZXQiOiJvbiIsInZlcnNpb24iOm51bGx9fQ%3D%3D&frame=false&hideCard=false&hideThread=false&id=1948085790208139709&lang=en&origin=https%3A%2F%2Fknisja.mt%2Fl-arcisqof-bappell-biex-it-tfal-fgaza-jinghataw-access-ghall-ikel%2F&sessionId=29581e1f8b464ea463a8e4c8d67c58f1da8b1469&theme=light&widgetsVersion=2615f7e52b7e0%3A1702314776716&width=550px

Monsinjur Scicluna qal li “l-għajat imrażżan tagħhom [tat-tfal] jinvolvi s-sens profond tagħna ta’ deċenza. Mhux se nkunu kompliċi f’delitti daqshekk gravi kontra l-umanità. Mulej ħenn!”

Il-kap tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, id-WHO, qal li Gaza qed tbati “ġuħ tal-massa kkawżat mill-bniedem” minħabba imblokk Iżraeljan għall-għajnuna. Id-Direttur Ġenerali, Tedros Adhanom Ghebreyesus qal f’konferenza tal-aħbarijiet li l-popolazzjoni ta’ Gaza “qed taffaċċja qattiel ieħor, apparti l-bombi u l-balal”.

Id-WHO qalet li “żieda fatali” fil-malnutrizzjoni kkawżat il-mewt ta’ mill-inqas 21 tifel u tifla fl-2025, iżda enfasizzat li din iċ-ċifra x’aktarx li se tiżdied ferm iktar. Iċ-ċentri għat-trattament għall-malnutrizzjoni huma mimlija pazjenti iżda m’għandhomx biżżejjed provvisti.

F’Lulju biss, 5,100 tifel u tifla kellhom bżonn programm ta’ trattament għall-malnutrizzjoni. Madwar 800 minn dawn it-tfal kienu qed isofru severament.

Dwar is-sitwazzjoni f’Gaża kien tkellem il-Papa Ljun XIV li esprima “swied ta’ qalb profond” għall-attakki ta’ Iżrael fuq il-parroċċa Kattolika ta’ Gaża u kien sejjaħ biex “tieqaf immedjatament il-barbarità” fl-Istrippa.

Dawn il-kummeti ġew wara li l-Knisja tal-Familja Mqaddsa ġiet milquta u mietu tlieta mill-madwar 600 ruħ minn Gaza li kienu qed jistkennu hemm, u bosta oħrajn sfaw midruba, inkluż il-Kappillan Gabriel Romanelli. Dan l-attakk ikkawża ħsara wkoll f’żona fejn mijiet ta’ Paletinjani kienu jistkennu mill-gwerra.

Appelli simili kienu waslu wkoll mill-Isqof Awżiljarju, Joseph Galea Curmi fejn ikkundanna l-qtil ta’ persuni innoċenti f’Gaża. Tenna li dan qatt mhu ġustifikat.

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading