Ħarga Numru 1069
Ix-xhur sħan tas-sajf, minkejja l-qilla tax-xemx, huma okkażjoni biex wieħed igawdi perspettiva differenti tal-gżira Għawdxija. Il-festi huma forsi l-aktar element li jispikka, imma kif turi l-qoxra u l-intervista fil-ħarġa ta’ Ġunju-Lulju ta’ Il-Ħajja f’Għawdex, il-gastronomija għandha post prominenti wkoll! Din il-ħarġa tmiss temi oħra bħall-fotografija, l-isport, l-intrapriża żagħżugħa, kif ukoll anniversarju importanti li qed jiġi ċċelebrat din is-sena fil-Knisja universali, dak tal-1,700 sena mill-Kredu ta’ Nicea li għadna ngħiduh sal-lum.
