Fil-ħarġa ta’ Marzu tar-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex tista’ taqra dwar l-ewwel mara Għawdxija fl-istorja tal-ġudikatura Maltija li laħqet Imħallef, jew dwar monument tal-Gwerra fin-Nadur li għalkemm ilu s-snin f’postu, tlesta minn kollox biss ftit ilu. Skopri għaliex il-Kapitlu tal-Katidral ta’ Għawdex żar Katanja fi Frar. Ibda aqra wkoll serje ġdida dwar Għawdxin li għamlulna ġieħ… int qatt smajt bi Frank Mercieca? Ir-Rivista ssellem ukoll lil pjunier tal-istampar f’Għawdex li ħalliena dan l-aħħar, li kien saċerdot, u għandha artiklu wkoll dwar mara li tagħti saħħitha kollha għad-dixxiplina sportiva tal-Motocross.
Aktar