Talb tal-interċessjoni. Il-Verġni Marija mtellgħa s-Sema. 15 ta’ Awwissu.

V… F’dan il-jum tant għażiż għall-Knisja Universali u għalina l-Maltin u l-Għawdxin ta’ meta Ommna Marija ġiet imtellgħa fis-sema bir-ruħ u bil-ġisem, ejjew bl-interċessjoni ta’ Marija, inpoġġu t-talbiet tagħna lill-Mulej.

1. Marija mill-bidu dejjem kienet f’nofs il-Knisja. Agħmel, Mulej, li din l-Omm tagħna tkun dejjem preżenti mal-Papa Ljun u l-mexxejja kollha biex tindirizzahom lejk. Nitolbu

2. Marija dejjem kienet ta’ servizz għall-umanità. Agħmel, Mulej, li l-mexxejja tad-dinja jagħrfu r-responsabbiltà li għandhom li jaqdu bil-fedeltà u bil-ġustizzja l-pajjiżi tagħhom. Nitolbu

3. Marija hija dik l-omm li tagħmel parti mill-familja ta’ Nazaret. Agħmel, Mulej, li l-familji kollha jħaddnu valuri sodi u tajbin biex b’hekk ikollna soċjetà b’saħħitha. Nitolbu

4. Marija qdiet il-missjoni tagħha bil-fidi u bl-ubbidjenza. Agħmel, Mulej, li aħna lkoll nimitaw lil din l-omm tagħna u nħalluha tmexxina fit-triq tal-qdusija. Nitolbu

V… Filwaqt li nirringrazzjawk talli tajtna lil din l-omm qaddisa u mbierka, nitolbuk Mulej, biex nimxu fuq il-passi tagħha ħalli jkollna l-ferħ tassew f’ħajjitna. Bi Kristu Sidna

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading