Il-Papa Ljun XIV waqt l-Angelus fit-23 Ħadd matul is-Sena Ċ

IL-PAPA LJUN XIV
ANGELUS
Pjazza San Pietru
Il-Ħadd, 31 ta’ Awwissu, 2025

Għeżież ħuti,

qabel ma ntemmu din iċ-ċelebrazzjoni – tant mistennija – nixtieq insellem u rrodd ħajr lilkom ilkoll li ġejtu tant numerużi biex tagħmlu festa lil dawn iż-żewġ Qaddisin ġodda!  Insellem b’għożża lill-Isqfijiet u l-Presbiteri.  Nilqa’ b’rispett lid-Delegazzjonijiet uffiċjali u lill-Awtoritajiet distinti.

F’din l-atmosfera, sabiħ niftakru li lbieraħ il-Knisja żżejnet b’żewġ Beati ġodda.  F’Tallin, il-kapitali tal-Estonia kien beatifikat l-Arċisqof ġiżwita Edoardo Profittlich, li nqatel fl-1942 waqt il-persekuzzjoni tar-reġim sovjetiku fuq il-Knisja.  U f’ Verszprém, fl-Ungeija, kienet beatifikata Maria Maddalena Bódi, lajka żgħażugħa, li nqatlet fl-1945 għax irreżistiet lil xi suldati  li riedu jużaw il-vjolenza fuqha.  Infaħħru lill-Mulej għal dawn iż-żewġ martri, xhieda kuraġġużi tas-sbuħija tal-Evanġelju!

Inħallu f’idejn il-Qaddisin u f’idejn il-Verġni Maria, it-talb tagħna bla heda għall-paċi, speċjalment fl-Art Imqaddsa u fl-Ukrajna, u f’kull art imdemmija bil-gwerra.  Lill-governanti ntennilhom: isimgħu l-vuċi tal-kuxjenza!  Ir-rebħiet apparenti riżultat tal-armi, li jiżirgħu l-mewt u l-qerda, fil-verità huma telfiet li qatt ma jistgħu jġibu l-paċi u s-sigurtà!

Alla ma jridx il-gwerra, irid il-paċi, u jwieżen lil min jimpenja ruħu biex joħroġ mill-ispirali tal-mibegħda u jfittex it-triq tad-djalogu.

Miġjub għall-Malti minn Joe Huber

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading